Skip to main content
Finance

Movimenti tal-kapital

Sib informazzjoni dwar id-dritt għall-moviment liberu tal-kapital fl-UE, inkluż il-bażi legali tiegħu, l-immonitorjar, u l-investiment barra l-UE.

Ħarsa ġenerali

Il-moviment liberu tal-kapital hu wieħed mill-elementi ewlenin fis-suq uniku tal-UE, u hu stabbilit fit-Trattat ta’ Maastricht. Bid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-trattat fl-1994 ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-pagamenti u l-movimenti tal-kapital bejn il-fruntieri kienu pprojbiti.

L-għan tal-liberalizzazzjoni hu li jippermetti swieq finanzjarji Ewropej integrati, miftuħin u effiċjenti.

Għaċ-ċittadini Ewropej, il-moviment liberu tal-kapital ifisser l-abbiltà li jwettqu bosta tranżazzjonijiet, bħal

  • il-ftuħ ta' kontijiet bankarji f'pajjiżi barranin
  • ix-xiri ta’ ishma f’kumpaniji mhux domestiċi
  • l-investiment fejn hemm l-aħjar redditu
  • ix-xiri ta’ proprjetà f’pajjiż ieħor

Għall-kumpaniji, dan ifisser li jistgħu

  • jinvestu, jippossjedu, f’kumpaniji Ewropej oħrajn
  • jakkwistaw flus fejn hu l-irħas

Definizzjoni

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE ma jiddefinixxix it-terminu “movimenti tal-kapital”. Fin-nuqqas ta’ definizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li d-definizzjonijiet fin-nomenklatura annessa mad-Direttiva 88/361/KEE jistgħu jintużaw biex jiddefinixxu dan it-terminu. Skont dawn id-definizzjonijiet, il-movimenti tal-kapital jinkludu l-operazzjonijiet transfruntieri

  • l-investimenti diretti barranin (IDB)
  • l-investimenti jew ix-xiri ta’ proprjetà immobbli
  • l-investimenti f’titoli (eż. f’ishma, bonds, kambjali, fiduċjarji ta’ unitajiet)
  • l-għoti ta’ self u ta’ kreditu
  • operazzjonijiet oħrajn li jsiru mal-istituzzjonijiet finanzjarji, inklużi operazzjonijiet ta’ kapital personali bħalma huma d-doti, l-legati, l-għotjiet, eċċ.

Qafas legali

Fost il-libertajiet fundamentali li jirfdu s-suq uniku tal-UE (il-moviment liberu tal-persuni, tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-kapital), il-moviment liberu tal-kapital hu l-aktar reċenti. Hu sar biss libertà direttament applikabbli tat-trattat bit-trattat ta’ Maastricht.

Il-qafas legali għall-moviment liberu tal-kapital jinkludi

  • id-dispożizzjonijiet tat-trattat
  • il-protokolli u d-dikjarazzjonijiet
  • il-miżuri tranżitorji mogħtija mill-atti ta’ adeżjoni għall-pajjiżi membri l-ġodda

L-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jipprojbixxi kull restrizzjoni fuq il-movimenti tal-kapital u l-pagamenti mhux biss fl-UE, iżda wkoll bejn pajjiżi tal-UE u l-pajjiżi barra l-UE. Madankollu, aktar dispożizzjonijiet fit-trattat jistipulaw għadd ta’ eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital, b’mod partikolari biex jiġu evitati problemi relatati mat-tassazzjoni, is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, il-politika pubblika u s-sigurtà.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) kellha l-aħħar kelma fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-trattat, u teżisti ġurisprudenza estensiva f’dan il-qasam.

Aqra aktar:

Immonitorjar u infurzar

Il-Kummissjoni Ewropea tinforza l-moviment liberu tal-kapital permezz tal-immonitorjar tal-flussi tal-kapital u tiżgura li l-pajjiżi tal-UE japplikaw tajjeb ir-regoli tat-Trattat.

F’Lulju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni li fiha hi fakkret mill-ġdid ir-regoli fundamentali skont il-liġi tal-UE għall-protezzjoni tal-investimenti fis-Suq Uniku. Din il-komunikazzjoni segwiet id-deċiżjoni mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li klawsoli ta’ arbitraġġ bejn l-investitur u l-Istat fi ftehimiet internazzjonali eżistenti ta’ investiment bejn l-Istati Membri tal-UE huma inkompatibbli mat-Trattat.

Ostakoli għall-moviment liberu tal-kapital

L-unjoni tas-swieq kapitali (CMU) hi pjan tal-Kummissjoni Ewropea biex jinbena suq uniku għall-kapital fl-UE sal-2019. Skont il-pjan ta’ azzjoni tas-CMU, il-Kummissjoni Ewropea bdiet taħdem mal-pajjiżi tal-UE biex teżamina l-bqija tal-ostakoli nazzjonali għall-moviment liberu tal-kapital.

Grupp ta’ esperti dwar l-ostakoli għall-moviment liberu tal-kapital magħmul minn rappreżentanti mill-pajjiżi tal-UE ġie stabbilit biex jiskambja fehmiet f’dan il-qasam.

F’Marzu 2017, il-Kummissjoni adottat rapport li jħares lejn kif jistgħu jiġu indirizzati l-ostakoli nazzjonali bil-ħsieb li jitrawwem il-fluss ta’ investimenti transfruntieri fl-UE.

F’Mejju 2017 il-Kummissjoni u l-Istati Membri qablu dwar Pjan Direzzjonali Konġunt ta’ azzjonijiet biex jindirizzaw l-ostakoli nazzjonali għall-flussi kapitali

Relazzjonijiet internazzjonali

Il-moviment liberu tal-kapital għandu l-kamp ta’ applikazzjoni l-aktar wiesa’ fost il-libertajiet kollha tat-trattati. Hu l-unika libertà li tmur lil hinn mill-konfini tas-suq intern tal-UE, billi jinkludi wkoll il-flussi ta’ kapital bejn il-pajjiżi tal-UE u l-bqija tad-dinja.

Madankollu, din il-libertà ma tistax teżisti mingħajr salvagwardji u protezzjonijiet sensibbli. Il-pajjiżi tal-UE jitħallew legalment jieħdu prekawzjonijiet biex jiżguraw li l-investiment barrani ma jesponihomx għal theddid tas-sigurtà pubblika u l-UE nnifisha tista’ taġixxi jew f’emerġenzi jew f’ċirkustanzi ekonomiċi normali li jirrestrinġu din il-libertà.

L-UE kienet ukoll minn ta’ quddiem fil-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni libera tal-kapital fuq livell internazzjonali, waqt li tippromwovi tnaqqis fl-ostakoli għall-kummerċ u kundizzjoni ekwa għall-investimenti.

L-UE tippromwovi dawn il-prinċipji permezz ta’

Documents

  • Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali

Commission communication on the protection of investments

Commission published a communication in which it recalled the fundamental rules under EU law for the protection of investments within the Single Market.