Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà:
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-Kummissjoni Ewropea (DĠ FISMA), f’isem is-servizzi tal-Kummissjoni, qatt mhu se jitlob l-informazzjoni personali tiegħek permezz tat-telefown jew tal-email, inklużi l-ilmenti possibbli tiegħek ma’ fornitur tas-servizzi finanzjarji. Aktar informazzjoni dwar din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà.
Il-missjoni tal-FIN-NET
Il-FIN-NET hu network ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali responsabbli għas-soluzzjoni tal-ilmenti tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji barra mill-qorti.
In-network ikopri l-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea jiġifieri
- għall-Unjoni Ewropea
- L-Iżlanda
- Il-Liechtenstein
- In-Norveġja
Il-FIN-NET twaqqaf mill-Kummissjoni Ewropea fl-2001 biex
- jippromwovi l-kooperazzjoni fost l-ombudsmen nazzjonali fis-servizzi finanzjarji
- jipprovdi lill-konsumaturi b’aċċess faċli għal proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) f’tilwim bejn il-fruntieri dwar il-provvediment ta’ servizzi finanzjarji
Is-sħubija fil-FIN-NET
Attwalment il-FIN-NET għandu 63 membru f’30 pajjiż. Tista’ ssib il-membri miġburin fi grupp skont il-pajjiżi hawnhekk.
Kwalunkwe awtorità fiż-Żona Ekonomika Ewropea tista’ tissieħeb mal-FIN-NET jekk hi
- responsabbli għal soluzzjoni ta’ tilwim finanzjarju barra l-qorti
- tikkonforma mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 2013/11/UE dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR)
Dokument magħruf bħala memorandum ta’ qbil jiddefinixxi kif il-membri għandhom jikkooperaw biex isolvu tilwim finanzjarju bejn il-fruntieri barra mill-qorti.
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà
- Il-FIN-NET MHUX aġenzija jew awtorità tal-UE. Il-FIN-NET hu network ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali responsabbli għas-soluzzjoni tal-ilmenti tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji barra mill-qorti.
- Il-FIN-NET MA JikkuntattjaX jew titlob liċ-ċittadini biex jinvolvu ruħhom jew jikkooperaw fi kwalunkwe investigazzjoni, proġett jew proċess
- Il-FIN-NET QATT ma jitlob informazzjoni relatata mal-ipproċessar tal-ilmenti tal-konsumaturi jew jintervjeni fih. Dan hu kompitu tal-awtoritajiet nazzjonali
- Il-FIN-NET QATT mhu se joħroġ multi, tariffi jew sanzjonijiet kontra ċittadini individwali
- Jekk xi ħadd ikkuntattjak u ppretenda li hu membru tal-FIN-NET - jew li qed jopera f’isem il-FIN-NET - u qed joffrilek rifużjoni, jew għajnuna biex tirkupra l-flus, dan huwa tentattiv ta’ qerq. Nirrakkomandaw bil-qawwa li ma tikkonformax mat-talba u tressaq ilment mal-awtoritajiet nazzjonali tiegħek
- Il-FIN-NET m’għandux isem tad-dominju tal-email, għaliex huma l-awtoritajiet nazzjonali li qed jużaw il-FIN-NET biex jikkooperaw ma’ xulxin
- L-indirizzi tal-email kollha tal-Kummissjoni Ewropea jispiċċaw b’“@ec.europa.eu”. Kwalunkwe dominju ieħor tal-indirizzi tal-email mhuwiex relatat mal-Kummissjoni Ewropea